L-Organizazzjoni Marittima Internazzjoanli, l-IMO, ħabbret li mill-ewwel ta’ Jannar li ġej il-livell tolleranti ta’ kubrit fil-fjuwil tal-vapuri se jonqos minn 0.5 fil-mija għal 0.1 fil-mija. Dan biex titjieb l-arja fl-irħula viċin il-portijiet f’Malta: kemm il-Port il-Kbir kif ukoll il-Port Ħieles f’Birżebbuġa.
Il-Ministru responsabbli għall-Korporazzjoni tal-Port Ħieles, Konrad Mizzi laqa’ din l-aħbar biex wara l-qalba tal-gas fil-power station ta’ Dellimara, jkompli jonqsu l-emissjonijiet fl-arja.
Mizzi qal “Din hija welcoming news li se tejjeb ukoll biex ngħid hekk in-nuqqas ta’ emissions fil-protijiet. Il-pass li jmiss għandu jkun li l-vapuri li jidħlu fil-portijiet jitfgħu l-magni u idealjment ikun hemm ix-ship-to-shore electricity interface, li tqabbadhom mal-elettriku. Dan huwa pjan fit-tul, fil-leġiżlatura l-oħra ħdimna biex l-Enemalta investiet fil-Marsa distribution centre li tiflaħ l-elettriku meħtieġ”
Semma wkoll kif l-operat tax-shore-to-ship għandha tkun bidla minn organizazzjonijiet internazzjonali, iżda ħafna mill-vapuri fil-Mediterran mhux attrezzati b’dan. Għalhekk il-Gvern Malti se jibqa’ jsostni biex dawn il-bidliet isiru wkoll globalment.
Il-Ministru Mizzi nnota l-importanza tal-kummerċ bil-baħar filwaqt li jkun hemm bilanċ adekwat għar-residenti li joqgħodu fil-viċinanzi u li jbgħatu minn inkonvenjenzi tal-operat fil-port.
Spjega kif “Fil Freeport iva rridu nnaqsu l-emissjonijiet, irridu nnaqsu l-istorbju u iva għandna nikkunsidraw bis-serjetà x-ship-to-shore electricity interface u għada pitgħada anke s-supply ta’ vapuri li jaħdmu bil-gas li huwa aktar nadif.”
Dan kollu jikkumplimenta d-diversi inizzjattivi li l-Gvern ħa favur ir-residenti ta’ Birzebbuga fosthom l-introduzzjoni ta’ krejnijiet biex dawn jagħmlu anqas ħoss, kif ukoll rifużjoni sa 90% sa massimu ta’ €2,000 għall-ispejjeż ta’ double glazing għar-residenti.
Qal kif “Ladarba l-ewwel skema tingħalaq se nkunu qed inżidu u nifirxu l-kopertura tagħha għal kumplment ta’ Birżebbuġa u nżidu wkoll il-baġit biex b’hekk tilħaq lil kulħadd jew lil kull min jixtieq jinvesti f’din il-bidla tant importanti”
Il-Ministru Konrad Mizzi temm jgħid li bħala Gvern se jkomplu jħarsu ‘l quddiem biex f’Birżebbuġa ssir riġenerazzjoni mhux biss fiżika, imma anke soċjali.