L-ammont ta’ investiment dirett barrani f’Malta u f’Għawdex matul is-sena 2016 kien jammonta għal €205.1 miljun u fl-2017 kien jammonta għal €104.6 miljun.
Dan qalu l-Ministru għall-ekonomija, investiment u negozji żgħar Chris Cardona fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari minn Frederick Azzopardi.
Dawn il-figuri jirriflettu l-ammont ta’ investiment proġettat fuq l-ewwel tlett snin ta’ kull proġett, u jinkludu dawk il-proġetti li ngħataw xi forma ta’ assistenza li ġiet approvata mill-Bord tal-Korporazzjoni tal-Malta Enterprise.