Miljuni ta’ persuni madwar id-dinja qed jiċċelebraw is-Sena l-Ġdida Lunari – waħda mill-akbar avvenimenti tas-sena għal diversi komunitajiet Ażjatiċi.
Skont it-tradizzjoni Ċiniża, kull sena hija rappreżentata minn wieħed fost tnax-il annimal li jidhru fiż-zodiac Ċiniż.
Iċ-ċelebrazzjonijiet qed jimmarkaw il-bidla mis-Sena tal-Fenek, għas-Sena tad-Dragun.
L-attivitajiet ikomplu tul il-ġimagħtejn li ġejjin u jintemmu b’festival speċjali b’ħafna lampi mdawla li jimmarka t-tmiem ta’ dan il-perjodu.