In-Niġerja neħħiet il-projbizzjoni ta’ Twitter. Dan wara li seba’ xhur il-pajjiż neħħa l-aċċess għal din il-pjattaforma soċjali.
Il-Gvern Niġerjan ssospenta Twitter lura f’Ġunju wara li l-kumpanija ħassret tweet tal-President Muhammadu Buhari fejn kiteb dwar kif jikkastiga gruppi li qed ifittxu aktar awtonomija reġjonali.
L-Awtoritajiet akkużaw lil Twitter li kien qe iżomm ma’ dawn il-gruppi.
Iżda l-Gvern qal li se jkun qed ineħħi din is-sospensjoni wara li Twitter qabel fuq numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li Twitter jiftah uffiċċju fin-Niġerja.