Aktar minn sittin miljun Amerikan minn madwar 30 stat differenti qed jistennew waħda mill-agħar maltempati li qatt se jeseperjenzaw, f’dan l-aħħar diċenju b’borra qalila u temperaturi mill-aktar kesħin.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif kawża ta’ dan, eluf ta’ titjiriet qed jiġu mħassra jew idumu biex jitilqu, dan filwaqt li ħafna toroq ingħalqu u numru ta’ skejjel mhux se jiftħu.
Numru ta’ stati wkoll iddikjara stat ta’ emerġenza.