Mal-erba’ miljun persuna qed isegwu l-logħob tal-Kampjonat Ewropew tal-Cricket li bħalissa qed isir f’Malta.
Dan il-kampjonat ilu għaddej minn Ġunju tas-sena li għaddiet.
Bħalissa għaxar timijiet Ewropej jinsabu f’pajjiżna biex jikkompetu f’dan il-kampjonat li jiġbed lejh miljuni ta’ segwaċi tat-tieni l-aktar sport segwit fid-dinja.
ONE news żar il-grawnd tal-cricket fil-Kumpless Sportiv fil-Marsa fejn hemmhekk tkellimna mal-fundatur ta’ dan il-kampjonat, Daniel Weston, li huwa wkoll plejer tal-cricket għat-tim Ġermaniż.
Is-Sur Weston sostna wkoll illi l-klima tagħmel lil pajjiżna ideali biex timijiet Ewropej jiġu f’Malta jipprattikaw dan l-isport li jintlagħab barra anke fix-xhur xitwin.
Weston stqarr, “In Malta we’ve got fantastic weather, a wonderful ground to play in and lots of students, lots of medical workers and lots of people that are here that have come from cricketing countries that now live in Malta and want to play cricket in Malta. The last time we were here for our event there were five teams, and now for this event it’s ten teams, so each time we come back there’s more teams that continue to grow and want to play.”
Intant, Iċ-Chairman tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Cricket, Indika Perera qalilna li f’pajjiżna dan l-isport qed jaqbad ritmu tajjeb, grazzi anki għall-kultura ta’ dan l-isport li daħlet fi żmien il-ħakma Ingliża f’Malta.
Perera spjega, “Malta as per se cricket wise we grew from having five cricket teams, within a period of two years we have grown up to having up to 13 teams. Gozo now has started the Gozo cricket team as well, so we’re expecting the island of Gozo to grow up to maximum of three to four teams.”
Malta bħalissa hija klassifikata fi 58 post globlament, madanakollu l-Assoċjazzjoni qed taħdem biex fi żmien ħames snin ittejjeb din il-pożizzjoni u pajjiżna jkun mal-aqwa għoxrin.
Il-President tal-Assoċjazzjoni tenna illi dan l-isport f’pajjiżna għandu futur b’saħħtu, hekk kif bħalissa mal-elfejn u ħames mitt tifel u tifla qed jitħarrġu f’din id-dixxiplina sportiva.