Miljuni ta’ Amerikani li m’għandhomx impjieg tilfu b’mod temporanju l-benefiċċju għall-persuni qiegħda wara li l-President Donald Trump naqas milli jiffirma abbozz li kien se jservi ta’ għajnuna fid-dawl tal-pandemija, Covid-19.
Il-President elett, Joe Biden, kien wissa dwar il-konsegwenzi devastanti li jista’ jkun hemm jekk Trump ikompli jdewwem il-proċess biex jiffirma.
Is-Sibt kien l-aħħar ċans u Trump baqa’ ma ffirmax.