Fl-aħħar xhur smajna ħafna b’kontroversji marbuta mal-gaġġeġ tat-tonn, iżda ftit li xejn smajna dwar l-aspetti ekonomiċi u kif Malta tinsab fuq quddiem nett f’din l-industrija.
Fuq One News Breakfast, id-direttur tal-akwakultura Tristan Camilleri spjega b’sodisfazzjon kif fl-2015 Malta rnexilha tesporta €111 miljun f’tonn, filwaqt li hemm possibiltajiet kbar li dawn il-figuri jinqabżu din is-sena.
Din is-sena ddaħħlu mas-sitt telef u tlett mitt tunellata ta’ tonn fil-gaġġeġ li jinsabu mxerrda ma Malta, u bħalissa jibda jinqatel il-ħut, jittella fuq il-vapur u jiġi esportat lejn pajjiżi barra mill-Ewropa, kif spjega s-segretarju tal-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura John Refalo.
L-industrija tat-tonn tħaddem madwar sitt mitt persuna b’mod dirett matul is-sena kollha, filwaqt li tgħin sajjieda li ma jkunux qegħdin jippratikaw ix-xogħol tagħhom propja matul l-istaġun.
Intant kien spjegat li r-regolamentazzjoni imposta fuq il-qbid tat-tonn waslet għal aktar riżultati pożitivvi matul is-snin.