Nintendo ħabbru li l-miljuni ta’ profitti li għamlu kien grazzi għal-logħob li ħarġu għal fuq il-mowbals, b’mod partikolari waħda mill-aktar logħob li daħħlet profit kienet Pokemon GO.
Il-ġgant fis-suq tal-logħob fil-Ġappun ra profitti ta’ $569 miljun f’tliet xhur, perjodu li temm f’Diċembru.
Nintendo sostniet li fil-waqt li kellha logħob ieħor li daħħal profit il-logħob li ġġeneraw profit kienu Pokemon GO u Super Mario Run.