Aktar minn miljun persuna fid-dinja huma uffiċjalment rikoverati mill-virus tal-COVID-19. Dan ħareġ minn li kienet qed twettaq l-università ta’ Johns Hopkins.
In-numru ta’ każijiet kkonfermati issa qabeż aktar minn tliet miljuni. Dan l-istudju tenna jgħid li l-maġġoranza huma mistennija li jkunu fiequ wkoll.
Dan minkejja li hemm perjodu ta’ dewmien bejn meta persuna tiġi kkonfermata li hi infettata u meta tiġi kkonfermata li hi rikoverata.