Aktar minn miljun Amerikan u Kanadiżi qed jaffaċċjaw problema tal-elettriku proprju fil-jum tal-Milied, hekk kif maltempata kbira laqtet l-Amerika ta’ Fuq.
Iċ-ċiklun li qed jissejjaħ, bomb cyclone, huwa meta t-temperatura tinżel f’daqqa u b’hekk iġġib magħha borra, irwiefen qawwija u temperaturi li niżlu 45 grad taħt iż-żero.
Minn tal-inqas 250 miljun persuna ġew affettwati u qed ikun irrapportat li minn tal-inqas wieħed u għoxrin persuna tilfu ħajjithom kawża ta’ din il-maltempata.
Eluf ta’ titjiriet ġew ikkanċellati għall-perjodu ta’ festi.