Il-Gvern qed jalokka miljun aktar fis-sena għall-Junior College. Dan jippermetti proġetti ta’ tisbih fill-kulleġġ.
Dalgħodu d-deputat mexxej Chris Cardona flimkien mal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista żaru l-kulleġġ. Hemmhekk tkellmu mal-studenti dwar l-esperjenza tagħhom fil-Junior College u dwar il-ħsibijiet tagħhom għall-futur. Il-Prinċipal Paul Xuereb, tkellem dwar l-importanza li l-Kulleġġ joffri ambjent mill-isbaħ u l-ogħla livell ta’ edukazzjoni lill-istudenti.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo żar l-istess kulleġġ, fejn l-istudenti tkellmu miegħu dwar din l-esperjenza fil-ħajja edukattiva tagħhom.