Fil-weekend li ġej 22 u 23 ta’ Diċembru 2018 in-Naxxar se jkun qed jinbidel f’atmosfera ferrieħija għal dawn iż-żmien ta’ festi. Dan hekk kif il-Kunsill Lokali tan-Naxxar għal sena ser jorganizza l-attività tal-Milied li bdiet fl-2009 iżda bid-differenza li din is-sena se ssir fi Triq Santa Lucija; waħda mill-isbaħ toroq antiki Naxxarin.
Din it-triq tinsab quddiem il-Knisja parrokkjali u minnha nfisha din it-triq hija mimlija djar antiki sbieħ b’faċċati mżejna bil-pjanti u l-fjuri. Dan il-punt diġà minnu nnifsu huwa punt ta’ attrazzjoni.
Iżda fil-weekend li ġej f’din it-triq ser naraw armar tal-Milied, suq Malti tradizzjonali, daqqaqa, ikel u xorba tradizzjonali u bosta ‘stalls’ għal dawk li jridu jagħmlu x-xiri tagħhom. Ser ikun hemm ukoll bosta artisti magħrufa kif ukoll annimali.
Attrazzjoni prinċipali hija Labour Avenue li hija mixgħula bi dwal ġodda b’disinni li ji jferrħu lil kull min jgħaddi minn din it-triq li twassal għall-pjazza prinċipali.