Nhar il-Ħadd li ġej, għat-tieni sena konsekuttiva se tittela l-attività ‘Milied f’Ta’ Xbiex’.
Din is-sena din l-attività se tieħu xejra oħra, hekk kif din l-attività se ssir fil-qalba tal-villaġġ, biswit il-monument simboliku tat-tmun ta’ Ta’ Xbiex, fil-qalba tal-Housing Estate.
Din l-attività hija għal familja kollha, b’dawk preżenti jistgħu jduqu ikel tradizzjonali Malti filwaqt li jitpaxxew bl-armar tal-Milied li se jkun hemm armat.
Għal dan l-avveniment se jkun hemm diversi artisti fost Michela Pace, Joe Demicoli u X-Tend.
Milied f’Ta Xbiex se ssir nhar il-Ħadd li ġej bejn is-6 u 9 ta’ filgħaxija u hija mtella’ mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex bl-għajnuna tar-Reġjun taċ-Ċentru.