Ġie milħuq l-ewwel ftehim kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Awstralja wara l-Brexit.
Dan il-patt il-ġdid se jara r-roħs fil-prezzijiet ta’ bosta prodotti li jinbiegħu lill-Awstralja, fosthom karozzi, spirtu, ikel u anke ċeramika.
Iżda dan kollu wassal għal tħassib fost il-bdiewa Ingliżi li saħqu kif dan jista’ jwassal għal prezzijiet mhux ġusti magħhom.