Fl-Italja l-moviment taċ-Cinque Stelle u l-Partit Demokratiku ftehmu li jiffurmaw Gvern ta’ koalizzjoni b’Giuseppe Conte jkun il-Prim Ministru.
Conte kien irriżenja wara li Matteo Salvini ried jieqaf mill-Gvern ta’ koalizzjoni li kellu ma’ Luigi Di Maio.
Nicola Zingaretti mill-Partit Demokratiku sostna li jkun jaqbel għall-pajjiż li niffurmaw Gvern.
Qal li l-partit tiegħu se jieħu esperjenza minn dan il-ftehim ġdid milħuq.
B’hekk issa huwa mistenni li l-President Taljan Sergio Mattarella mistenni jieħu nota ta’ dan il-ftehim.