Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi ħabbar li ntlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet u l-operaturi tad-deckchairs fl-Għadira.
Dan wara li l-kwistjoni li nqalgħet minħabba ftehim li sar ftit jiem qabel l-elezzjoni tal-2013 bejn l-operaturi u d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li dak iż-żmien kien hu responsabbli mill-artijiet. Id-deckchairs kienu qegħdin jokkupaw il-maġġoranza tal-bajja pubblika tal-Għadira, tant li kienu qegħdin ikunu ta’ problema għal dawk li jiffrekwentaw il-bajja għal ftit ħin ta’ mistrieħ.
Aktar informazzjoni se titħabbar iżjed tard
Agreement reached with Ghadira Deckchair Operators to free up space across the bay. The agreement will be implemented this week. More details to follow in the coming days. pic.twitter.com/DabR9JfSVc
— Konrad Mizzi (@KonradMizzi) August 6, 2019