Mil-lum, il-vaċċin tal-Influwenza se jkun disponibbli għal adulti minn 55 sena ‘l fuq, adulti li jbatu minn mard kroniku, nisa tqal u ħaddiema tal-kura tas-saħħa minn ċentri tas-saħħa u kliniċi tal-komunità skedati.
Il-vaċċin tal-influwenza mbagħad ikun disponibbli għall-popolazzjoni adulta kollha mit-Tnejn 16 ta’ Ottubru miċ-ċentri tas-saħħa, kliniċi komunitarji skedati, kunsilli lokali u tobba tal-familja.
Għal tfal ta’ bejn 6 xhur u 5 snin u tfal li jbatu minn mard kroniku il-vaċċin tal-influwenza se jkun disponibbli nhar is-Sibt 28 ta’ Ottubru u l-Ħadd 29 ta’ Ottubru.
mill-4 ta’ Novembru sas 19 ta’ Novembru, l-istess vaċċin ikun disponibbli għat-tfal kollha minn 6 xhur u aktar kull tmiem il-ġimgħa.
It-Tilqim se jiġi amministrat mill-kliniċi tas-servizz ta’ tilqim Nazzjonali fiċ-ċentri tas-saħħa tal-Furjana, Raħal Ġdid, Mosta u Għawdex.