Mil-lum daħlet fis-seħħ l-iskema ta’ rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb li jintużaw darba biss.
Permezz ta’ dan il-proġett nazzjonali, il-konsumatur se jibda jħallas 10 ċenteżmi fuq kull kontenitur tax-xorb li wieħed jixtri u dawn toħodhom lura billi titfa’ dan il-flixkun f’aktar minn 300 magna msejħa bħala ‘reverse vending machine’ li hawn pajjiżna.
Il-kontenituri aċċettati f’din il-magna huma kontenituri tal-ilma, tas-soft drinks, tal-energy drinks u tal-birer, fost oħrajn.
Mill-banda l-oħra, il-kontenituri mhux aċċettati se jkunu dawk tal-inbejjed, tal-ispirti, tal-juices, tal-prodotti tal-ħalib u dawk f’kartuna.
Dawn il-kontenituri tax-xorb użati li se jinġabru se jmorru f’impjant ġdid apposta f’Ħal Far, li għamlet il-kumpanija BCRS Malta, b’investiment privat ta’ €18-il miljun.