Mil-lum bdiet tingħata doża addizzjoni tal-vaċċin kontra l-COVID-19 lill-persuni b’immunità baxxa, bħal persuni morda bil-kanċer, bl-HIV fost oħrajn.
Qal dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, permezz ta’ tweet wara li lura f’Awwissu kien ħabbar kif id-doża addizzjoni se tingħata min-nofs Settembru u li dawn l-persuni se jkunu qed jirċievu stedina.
Chris Fearne kien spjega wkoll ma’ ONE News kif madwar 15,000-il persuna se jiġu bżonn din id-doża addizzjonali tal-vaċċin.