Hekk kif it-timijiet kollha, maqsuma fil-gruppi minn A sa Ġ, lagħbu żewġ logħbiet, mil-lejla jibdew jintlagħbu l-aħħar sett ta’ logħbiet. Minn issa ‘il quddiem ikollna żewġ logħbiet tal-istess grupp fl-istess ħin.
Illejla, minn Grupp A, fl-16:00 ikollna lill-Ekwador jilagħbu kontra Senegal u l-Olanda kontra l-Qatar.
L-Olandiżi għandhom bżonn rebħa jew draw, iżda jekk l-Ekwador jegħlbu lis-Senegal huma jikkwalifikaw xorta waħda.
L-Ekwador ukoll jgħaddu b’rebħa jew draw, iżda jekk jitilfu, jkunu jridu li l-Qatar tirbaħ lill-Olanda.
Senegal iridu rebħa biex jikkwalifikaw u bi draw jgħaddu biss jekk il-Qatar jegħlbu lill-Olanda.
Il-pajjiż ospitant tal-Qatar huwa diġa’ eliminat minn din il-kompetizzjoni.
Illejla wkoll, minn Grupp B, fit-20:00 ikollna Wales kontra l-Ingilterra u l-Iran kontra l-Istati Uniti.
L-Ingliżi jgħaddu b’kull xorta ta’ riżultat, iżda aktar ma jiskurjaw aktar ikun aħjar għalihom biex jikkwalifikaw bla diffikultà.
Wales u l-Iran iridu biss rebħa biex jgħaddu għall-fażi li jmiss. Bi draw l-Iran jgħaddu, sakemm Wales titlef mal-Ingilterra u d-differenza ta’ gowls tkun ferm deċiżiva.
Għall-Istati Uniti rebħa biss tagħtihom kwalifikazzjoni ċerta.