Mil-lum tfal li għandhom bejn 12 u 15-il sena se jirċievu l-istedina sabiex jitlaqqmu kontra l-Covid-19.
Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-midja soċjali.
Din l-istedina se tibda titqassam, hekk kif dawn it-tfal fil-jiem li ġejjin se jlestu mill-eżamijiet tagħhom.
It-tfal bejn 12 u 15-il sena se jibdew jitlaqqmu wara li l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini approvat il-vaċċin tal-Pfizer għal dan il-grupp ta’ età.
S’issa f’pajjiżna ir-reġistrazzjoni ta’ tilqim kienet miftuħa għal dawk li għandhom il’ fuq minn 16-il sena.
Sal-Erbgħa, skont l-istatistika maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa b’kollox ingħataw 640,729 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.