Mil-lum jiddaħħlu miżuri biex biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-poplu fil-ġlieda kontra l-Covid-19.
Miżura li tibda mil-lum hi dik li l-ammont massimu ta’ persuni li jistgħu jinġemgħu fi spazji pubbliċi se jonqos minn erba’ persuni għal żewġ persuni.
Din il-miżura ma tapplikax għal persuni li jgħixu fl-istess residenza.
Dan ifisser li fi spazji pubbliċi, gruppi ta’ aktar minn żewġ persuni huma pprojbiti, inkluż fi kjuwijiet u fuq stejġ ta’ tal-linja, sakemm ma tinżammx id-distanza soċjali ta’ żewġ metri bejn in-nies.
Persuni li jiksru din il-miżura se jeħlu multa ta’ €300 kull wieħed.