Mil-lum f’Malta se jkunu qed jiġu rikonoxxuti ċ-ċertifikati diġitali tas-Serbja, ta’ Ġibiltà, ta’ Jersey u ta’ Guernsey.
Ħabbru dan l-Awtoritajiet tas-Saħħa u tat-Turiżmu fejn spjegaw kif dawn iċ-ċertifikati se jkunu rikonoxxuti b’vaċċini approvati mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, jkunu kors sħiħ u jkunu għaddew 14-il ġurnata mill-ewwel doża.
Malta fil-preżent qed tirrikonoxxi wkoll iċ-ċertifikati tal-vaċċin tal-Unjoni Ewropea u tal-Iżvizzera, tat-Turkija, tal-Emirati Għarab Magħquda, tar-Renju Unit kif ukoll ir-record card tal-Istati Uniti.
Intqal ukoll kif mill-1 ta’ Awwissu 2021, ir-record card tas-CDC tal-Istati Uniti trid tkun verifikata minn app speċifika biex tkun aċċettata bħala ċertifikat tal-vaċċin validu.