Mil-lum se jkunu qed jorħsu t-tariffi tal-parkeġġ fl-isptar Mater Dei dan permezz ta’ kuntratt ġdid. Ħabbar dan permezz ta’ tweet il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Mill-llum tariffi tal-#parking orhos f’Mater Dei #MDH
— Chris Fearne (@chrisfearne) August 6, 2018
Lura f’Mejju d-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien ħabbar proprju dan fil-Parlament fejn kien qal li r-rati kienu jvarjaw minn tmenin ċenteżmu għal aktar aktar minn €4 huma skont il-kuntratt li daħal fis-seħħ f’Jannar tal-2008.
Mr Fearne kien qal li skont il-kuntratt rivedut f’Jannar tal-2008, Gvern Nazzjonalista intrabat li mhux talli ma jdaħħal xejn mill-parkeġġ pubbliku tal-isptar, iżda saħansitra jħallas hu lill-kuntrattur għal servizzi u manutenzjoni tal-apparat.
Mr Fearne kien spjega li l-kuntratt li l-Gvern kien qed jaħdem fuqu huwa aġġudikat u se jiżgura li l-kuntrattur ikun responsabbli mit-tmexxija kollha tal-parkeġġ, inkluż manutenzjoni tal-apparat relatat, kif ukoll jiżgura li l-Gvern ma joħroġx flus anzi jdaħħal il-flus permezz ta’ dan l-arranġament.