Mil-lum pajjiżna qed inaqqas iżjed miżuri restrittivi kontra l-Covid-19.
Dan hekk kif mill-jum tat-Tnejn, iċ-ċertifikat tal-vaċċin mhux se jibqa’ jkun mitlub b’mod obbligatorju sabiex wieħed jidħol f’bars, gyms, spas, pixxini, swali taċ-ċinema u teatri.
Dan it-tnaqqis ta’ miżuri jfisser it-triq biex pajjiżna joħroġ mill-pandemija.
Dan wara li bħal-lum ġimgħa, iċ-ċertifikat tal-vaċċin ma baqax mitlub b’mod obbligatorju sabiex jidħol f’ristoranti, snack bars u anki każini.
F’dan il-pjan ta’ ħruġ mill-pandemija hemm dik li mill-bidu tax-xahar t’April, it-tiġijiet jistgħu jsiru b’massimu ta’ 300 persuna bil-wieqfa. Ma’ dawn, minn April ukoll mistennija jsiru l-festi esterni b’mod responsabbli.