Mil-lum, l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA, fetħet l-applikazzjonijiet biex kuntratturi japplikaw għal-liċenzjar tal-kuntratturi.
Dan wara li nhar it-Tlieta ġie ppubblikat l-avviz legali li, għall-ewwel darba, se jintroduċi f’pajjiżna l-liċenzjar tal-kuntratturi tal-kostruzzjoni.
Din il-liġi l-ġdida għandha l-għan li tobbliga lil kull kuntrattur li jaħdem fl-oqsma tat-twaqqigħ, skavar u bini biex japplikaw għal liċenzja mal-BCA.
Din l-applikazzjoni se tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta’ Ottubru u, wara dak il-perjodu, min jonqos li japplika ma jkunx jista’ jibqa’ jaħdem bħala kuntrattur.