Mil-lum, kwart ta’ miljun ħaddiem u pensjonant f’pajjiżna se jibdew jingħataw iċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa.
L-aħbar dwar dawn iċ-ċekkijiet taha bħal-lum ġimgħa l-Prim Ministru Robert Abela, li qal li dan qed isir b’investiment ta’ €26 miljun.
Din is-sena, l-investiment fin-nies b’dawn iċ-ċekkijiet se jiżdied b’€2 miljun oħra biex b’hekk, minn mindu beda jingħata dan iċ-ċekk, fl-2018, sal-lum, aktar milli rdoppja.
Dan iċ-ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa ta’ din is-sena, li se jgawdu minn eluf ta’ ħaddiema u pensjonanti li jaħdmu, huwa parti minn kullana ta’ miżuri ta’ għajnuna oħra lin-nies f’kuntest anki ta’ sfidi internazzjonali bla preċendent, bil-gwerra fl-Ukrajna.
Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech attakka għal darba, darbtejn, din l-għajnuna li qiegħed jagħti l-Gvern lill-ħaddiema u l-pensjonijiet.