Mil-lum id-djar tal-anzjani li laqqmu aktar minn 90% tal-anzjani tagħhom bit-tieni doża tal-vaċċin u għaddew 15-il jum mindu sar dan, bdew jilqgħu ż-żjarat lill-anzjani taħt ċertu miżuri.
Huma żewġ persuni biss mill-istess dar li jistgħu jżuru lill-anzjani tagħhom wara li jkunu għamlu appuntament, bi żjarat se jsiru f’postijiet speċifiċi.
Dawn il-miżuri kienu tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ġimgħa.
Qabel jidħlu, il-qraba huma wkoll obbligati jużaw is-saniters provduti fid-djar tal-anzjani filwaqt li jilbsu l-maskra u josservaw il-miżuri tad-distanza soċjali.
Dawk id-djar li ma laħqux il-marka tad-90% tat-tieni tilqima jew m’għaddewx ħmistax-il ġurnata mindu sar dan, għalissa mhux se jkunu qed jilqgħu żjarat.
S’issa hemm tliet idjar li għadhom ma laħqux din il-marka.