Mil-lum bdew jiftħu ċertu stabbilimenti kummerċjali b’direttivi ta’ prekawzjonijiet mill-awtorità tas-saħħa.
Dan wara li fl-ewwel ta’ Mejju f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Gvern indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci, tħabbar li tnaqqsu numru ta miżuri li kienu introdotti sabiex jikkontrollaw l-imxija ta’ dan il-virus.
L-istabbiliment li bdew jiftħu mil-lum huma:
- Banek tal-lottu;
- Stazzjonijiet tat-testijiet tal-VRT;
- Ħwienet tal-ħwejjeġ u dawk sportivi;
- Ħwienet tal-ġojjellerija u aċċessorji oħrajn;
- Ħwienet li jbigħu oġġetti tal-ġilda bħall-basktijiet u żraben;
- Ħwienet li jbigħu nuċċalijiet mingħajr riċetta tat-tabib;
- Ħwienet li jbigħu prodotti tas-sbuħija bħal fwejjaħ;
- Ħwienet tal-ħjata u dekorazzjonijiet tad-djar;
- Ħwienet tas-souvenirs u discount stores;
- Ħwienet tal-bagalji u ġugarelli;
- Ħwienet tal-passatempi;
- Ħwienet li jbiegħu l-għamara;
- Ħwienet tal-fjuri.
Min jidħol f’dawn l-istabbiliment huwa obbligat jilbes maskra.
Minkejja dan it-tnaqqis fil-miżura, fiż-żamma tad-distanza ser jibqgħu fis-seħħ u f’kull entratura ser ikun hemm sanitisers biex kull min jidħol jnaddaf idejh.
Ser isiru testijiet għat-temperatura fl-entratura tas-shopping malls, filwaqt li l-kmamar li jintużaw biex wieħed jipprova l-ħwejjeġ mhux ser ikunu disponibbli.
Mil-llum ukoll il-pubbliku jista’ jerġa jivjaġġa minn u lejn Għawdex madankollu għal kull vjaġġ, il-vapur se jaċċetta inqas passiġġiera mis-soltu.