L-organizzazzjoni mhux governattiva Checkpoint Malta, f’kollaborazzjoni mal-GU Clinic, l-HIV Malta, u s-Sexual Health Malta, mil-lum se tibda torganizza numru ta’ sessjonijiet fil-komunità f’Malta u f’Għawdex għal testijiet tal-HIV.
L-ittestjar se jsir b’xejn u b’mod kunfidenzjali, u r-riżultat jingħata dakinhar stess.
L-ewwel sessjoni tal-ittestjar se ssir illum, is-6 ta Settembru 2022, fiċ-Ċentru tal-Voluntiera l-Belt Valletta. Wara l-ewwel sessjoni, it-tieni waħda se ssir fil-JAM Project, fir-Rabat Għawdex, nhar il-15 ta’ Settembru 2022.
Is-sessjonijiet tal-ittestjar se jsiru darba f’xahar, nhar tat-Tlieta fil-Belt Valletta, u darba f’xahar, nhar ta’ Ħamis fir-Rabat t’Għawdex mill-5pm sad-9pm. It-testijiet se jsiru bl-appuntament biss.
Minħabba li l-postijiet huma limitati, dawk interessati għandhom jibagħtu imejl lil antonella@checkpoint.mt minn qabel is-sessjoni.
L-ittestjar se jsir minn voluntiera mħarrġa u mhux diskriminatorji, fi spazji sikuri u bbażati fil-komunità. Ir-riżultati se jingħataw wara 20 minuta. Fejn ikun meħtieġ, isiru referenzi għal ammissjoni mgħaġġla fil-klinika.
Għal aktar informazzjoni dwar l-ittestjar, wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Checkpoint Malta fuq il-Facebook: