Bejn il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju u l-Ħadd 5 ta’ Mejju, il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jorganizza attività ta’ spettaklu, kultura, tradizzjonijiet, esebizzjonijiet ta’ arti u fotografija, varjetà ta’ attivitajiet sportivi, logħob u attrazjonijiet għat-tfal, għażla ta’ ikel tradizzjonali u ħafna aktar madwar Għawdex kollu.
Huwa maħsub li t-tieni edizzjoni ta’ Gozo Alive se tkun l-akbar attivita’ organizzata f’Għawdex. L-attrazzjonijiet waqt Gozo Alive ser ikunu bla ħlas sabiex jitgawdew mill-pubbliku li ser jattendi.
Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju
Il-ftuħ uffiċjali se jsir permezz tal-grupp popolari Tribali li ser jagħtu kunċert uniku flimkien ma’ spettaklu ta’ nar sinkronizzati li ser jakkumpanja l-mużika ta’ dan il-grupp. Il-kunċert ta’ Tribali huwa mistenni ħafna minħabba li dan il-ġrupp ilu ma jdoqq f’kunċert f’Għawdex għal dan l-aħħar tlett snin.
In-nar sinkronizzat ser ikun maħdum mill-kamra tan-Nar ta’ Santa Maria tal-Imqabba. Se jieħdu sehem ukoll Mae-band, Wobis Duo u JJOY. Dan il-kunċert ser isir qrib il-Heliport tax-Xewkija minn 8.00pm ‘l quddiem. Bħal kumplament tal-attivitajiet, dan il-kunċert se jkun bla ħlas.
Is-Sibt 4 ta’ Mejju
Ġurnata mimlijja attivitajiet minn filgħodu sa filgħaxija. Mit-8 ta’ filgħodu ‘l quddiem ser jifthu numru ta esebizzjonijiet li wieħed m’għandux jitlef.
Dawn l-attrazzjonijiet jinkludu:
Fiċ-Ċittadella; Il-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Mużew ta’ Xjenza Naturali, il-Gran Castello u l-Ħabsijiet Qodma se jkunu miftuħin b’xejn sa nofsillejl. Se jkun hemm ukoll miftuħ ix-xelter li huwa mmexxi mill-Fondazzjoni Wirt Għawdex. Filgħaxija;
Il-Ħjata, kollezzjoni ta’ ħwejjeġ tar-Rebbiegħa u s-Sajf preżentati bi stil uniku
Roots; Reenactments fejn atturi differenti se jkunu qed jagħtu l-ħajja lil bosta postijiet ġewwa ċ-Ċittadella fosthom fil-Ħabs l-antik, Fil-Mużew Naturali, Mużew Folklor, Mużew tal-Arkejoloġijja u x-Xelter.
Il-Katidral ta’ Għawdex, Il-Mużew tal-katidral ta’ Għawdex u l-palazz li juntuża bħala Qorti se jkunu miftuħa għal pubbliku.
The Tale of an Island, 3D Mapping; Spettaklu ta’ dawl u animazzjoni li jirrefletti lil Għawdex mhux biss bħala gżira imma wkoll art mimlija talenti u sorpriżi.
Fuq it-taraġ tal-Katidral; Sfilata ta’ moda esklussiva bi ħwejjeġ tar-Rebbiegħa u s-Sajf mid-Ditta rinomata Charles and Ron
Il-qofol tas-serata tas-Sibt ser jintlaħaq permezz ta’ spettaklu fi Pjazza Indipendenza mit-8 ta’ filgħaxija l-quddiem. Jiftħu l-ispettaklu Sicily Ensamble filwaqt li l-band Għawdxija Novel u l-band.
Firelight ser jagħtu divertiment mużikali. Jagħlaq is-serata l-kantant ta’ fama internazzjonali Craig David permezz tad-DJ Set rinomat TS5 li ser idum madwar siegħa.
Il-Ħadd 5 ta’ Mejju
Matul l-aħħar ġurnata ta’ Gozo Alive, il-pubbliku ser ikollu l-opportunita li jirrilassa u jipparteċipa waqt attivitajiet sportivi filwaqt li jgawdi l-isbaħ xenarju naturali ta’ Għawdex li huwa imżejjen biħ.
Fid-Dwejra; Attivitajier ta’ Kayaking, Abseiling u Archery. L-avveniment bl-isem Under the Sea, li ġie maħluq mill-Akkwarju Nazzjonali ta’ Malta u Dwejra Live Experience, b’esperjenza unika tat-Tieqa tad-Dwejra li mhux ta’ min jitlifha
F’Marsalforn; Tour ta’ nofs siegħa madwar Marsalforn fuq Segway u E-Bike fejn tista’ tgawdi x-xenarju pittoresk tal-post
Fl-Għarb; Sagra tal-Qaqoċċ, fejn se jisserva ikel tipiku bbażat fuq qaqoċċ. Se jkun hemm ukoll esibizzjonijiet, avvenimenti kulturali, wirjiet mużikali u divertiment varjat. Numru ta’ stands b’wirjiet ta’ qaqoċċ, frott, ħaxix u prodotti artiġġjanali se jkunu preżenti biex jippromwovu l-agrikoltura u l-artiġġjanat.
Il-programm kollu li jinkludi aktar minn 60 attrazzjoni jinsab fuq il-paġna visitgozo.com/events/gozo-alive u aġġornamenti kontinwi permezz tal-paġna fuq Facebook GozoAlive.
Ritratt: Daniel Cilia