Fi tmiem il-ġimgħa li ġej, iż-Żejtun se jsir kumpless sportiv. Attivitajiet sportivi mifruxa fuq tlett ijiem, bl-attivitajiet ewlenin se jsiru fil-pjazza u Ġnien iż-Żogħżija.
Minkejja li l-Kunsill Lokali jtella’ diversi attivitajiet b’rabta mal-eżerċizzju fiżiku, din l-attività hija l-ewwel tax-xorta tagħha.
Is-separju ta’ dan il-programm jitla’ nhar il-Ġimgħa fis-sitta ta’ filgħaxija, b’attivitajiet ta’ logħob tradizzjonali Malti bħall-boċċi, sessjonijiet ta’ basketball, hockey u tournament tal-futbol.
Se jittellgħu wkoll tliet mixjiet, li apparti se jippromwovu l-eżerċizzju fiżiku, se jkollhom laqta kulturali wkoll.
Il-koordinatur ta’ din l-attività Reuben Azzopardi tkellem magħna dwar l-għan ta’ din l-attività/
L-għada s-Sibt l-attivitajiet jkomplu b’esebizzjoni ta’ sports bir-roti. Minkejja li din se tkun l-ewwwel Week of Sports fiż-Żejtun, is-Sindku Doris Abela qaltilna li l-Kunsill dejjem jippromovi attivitajiet sportivi fil-lokal.
Il-Ħadd, l-aħħar jum tal-programm, iż-Żejtun se jkun parti mill-kampanja Ewropea Move. Dakinhar it-toroq fiż-Żejtun se jingħalqu għat-traffiku. Id-Direttur ta’ Move Malta, Cynthia Debono ħeġġet lill-pubbliku jipparteċipa f’dawn l-attivitajiet.
Matul il-programm se jsiru wkoll attivitajiet b’rabta mas-saħħa, fejn dawk li se jattendu, se jingħataw prarir dwar saħħithom.