Mil-lum, il-vetturi kollha li jinstaqu fit-triq, għandu jkollhom liċenzja taċ-ċirkulazzjoni valida. Dan wara li aktar kmieni f’din is-sena, Transport Malta daħlet proċeduri temporanji għat-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan u tal-vetturi, bil-għan li jitnaqqas it-tixrid tal-imxija tal-Coronavirus.
Fi stqarrija Transport Malta fakkret li l-liċenzji tas-sewqan għandhom ikunu kollha mġedda sal-aħħar ta’ Settembru 2020.
Wieħed jista’ ġġedded il-liċenzja online fuq www.licenzji-vetturi.gov.mt jew f’aġenzija tal-assikurazzjoni.
Kull min għandu din il-liċenzja skaduta rċieva notifika mingħand Transport Malta.