Mil-lum il-prezz tal-petrol u d-deisel raħas b’7ċ fuq kull litru, skont kif imħabbar it-Tnejn li għadda mill-Gvern bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika.
Dan il-pjan tfassal biex jgħin in-negozji u l-familji Maltin u Għawdxin jegħlbu l-impatt negattiv tal-pandemija Covid-19.
Dan huwa l-ikbar tnaqqis f’daqqa li qatt sar fil-prezzijiet tal-fjuwil, u b’kollox din il-miżura se tiswa lill-Gvern €7 miljun.
B’hekk, issa l-prezz tal-petrol niżel għal €1.34 ċenteżmu għal kull litru, u l-prezz tad-diesel niżel għal €1.21 ċenteżmu għal kull litru. Minn analiżi li saret familja tista’ tgawdi minn roħs ta’ €82 fi fjuwil f’sena meta stmat fuq nfiq ta’ €25 fil-ġimgħa.