Illum daħlet fis-seħħ liġi ġdida li tintroduċi d-dritt għall-assistenza legali waqt l-interrogazzjoni jew arrest. Dan minbarra diversi drittijiet oħra għal persuni taħt investigazzjoni jew arrest.
Iċ-ċittadini Maltin mil-lum bdew igawdu garanziji u drittijiet li ċittadini oħra f’numru ta’ pajjiżi l-iktar avvanzati ilhom igawdu snin kbar. Dawn huma garanziji u drittijiet favur iċ-ċittadini fl-iktar mumenti delikat għalihom.
B’hekk se jkollna sistema ta’ ġustizzja kriminali li wieħed jista’ jafda’ u li tara li ma jinstabux nies ħatja f’ċirkostanzi fejn ikun hemm dubju jekk il-ġustizzja saritx jew le. Il-Pulizija wkoll, bis-sistema l-ġdida, se tkun protetta kontra insinwazzjonijiet u allegazzjonijiet fiergħa li ġieli jsiru dwar il-mod kif ikun tittieħed statement.
llum l-Avukat tal-interrogat stess se jkun ukoll xhud ta’ kif saru l-affarijiet u se jkun jista’ ukoll jipparteċipa fl-interrogatorju b’ mod illi jistaqsi domandi jew jagħmel rimarki kif permess mill-proċedura.
Gvern preċedenti kien ilu jkaxkar saqajh fuq dan id-dritt ġdid is-snin, b’konsegwenzi serjissimi li lkoll nafu dwarhom. Dan il-Gvern, kuntrarjament għal dan, mexxa ‘l quddiem process leġiżlattiv bil-galbu u ppjanat li wassal biex illum din il-liġi l-ġdida daħlet fis-seħħ.
https://www.youtube.com/watch?v=4ZZZZsjwi7c