Il-bidu ta’ Lulju għat-Taljani fisser kważi 10% żieda fil-kontijiet tad-dawl u aktar minn 15% żieda fil-prezz tal-gass.
Riċentament, il-Kunsill tal-Ministri mmexxi mill-Prim Ministru Taljan Mario Draghi ħoloq mekkaniżmu biex ċertu ħlasijiet marbuta mal-kontijiet jitneħħew.
Kieku l-kontijiet tad-dawl għall-familji Taljani kienu jogħlew saħansitra b’20%.
Skont analiżi fil-midja Taljana, jirriżulta li minn Ottubru li għadda sa Settembru li ġej, familja tipika Taljana se tħallas 12% iżjed f’kontijiet tal-enerġija.
Din iż-żieda waslet fl-isfond li s-sħana qed tkompli taħkem fil-pajjiżi tal-Mediterran fosthom anki fl-Italja.