Mil-lum dawk li għadhom ma tlaqqmux kontra l-Covid-19, għandhom żewġ alternattivi sabiex jitlaqqmu mingħajr ebda appuntament.
F’Malta, wieħed jista’ jmur jitlaqqam l-Università bejn it-Tnejn u s-Sibt u f’Għawdex, wieħed jista’ jmur fiċ-ċentru ta’ vaċċinazzjoni fl-Aurora mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Il-ħinijiet huma bejn it-tmienja u nofs ta’ dalgħodu u t-tlieta ta’ wara nofsinhar.
Mil-lum ukoll se tibda ddur klinika mobbli li se tkun f’diversi lokalitajiet, fejn illum se tkun il-Mosta fiż-żona tat-Technopark.
Din se tkun hemm bejn id-disgħa ta’ dalgħodu sa nofsinhar.
Intant, mil-lum ukoll pajjiżna se jibda jaċċetta wkoll ir-record card tas-CDC tal-Istati Uniti ta’ vaċċini approvati mill-Awtorità Ewropea tal-Mediċini bħala ċertifikat validu għall-vaċċin.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/07/19/bosta-jerhulha-lejn-ic-centru-ta-vaccinazzjoni-fil-mosta-biex-jitlaqqmu-minghajr-appuntament/