Mil-lum daħlet fis-seħħ parti oħra mir-raba’ rilaxx ta’ miżuri, biex dawk li huma mlaqqma kontra l-Coronavirus, jistgħu jżuru lil qraba tagħhom fir-residenza San Vinċenz de Paul.
Dan fakkru l-Ministru Michael Farrugia f’konferenza tal-aħbarijiet mir-residenza stess bit-tema Gvern għan-Nies.
Il-Kap Eżekuttiv tar-residenza Josianne Cutajar spjegat li kull resident jista’ jżuru qarib wieħed bejn l-10:30am u l-11:30am u bejn l-5:00pm u s-6:00pm.
Aktar minn 99% tar-residenti huma mlaqqma kontra l-Covid-19.