Mil-lum, l-ewwel ta’ Ottubru, ftit aktar minn 2,200 cat feeders madwar pajjiżna bdew jirċievu l-vouchers.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said.
Ġie spjegat li d-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali ġabar informazzjoni mingħand il-Kunsilli Lokali tar-reġistrazzjoni tal-cat feeders u l-ammont ta’ qtates stray li jitimgħu.
L-allokazzjoni ta’ €350,000 għal din l-iskema ġie mqassam skont in-numru ta’ cat feeders irreġistrati, fejn kull Kunsill Lokali rċieva numru ta’ vouchers biex iqassmuhom mal-cat feeders skont ir-reġistru tagħhom.
Intqal li dawn il-vouchers jistgħu jinġabru sal-aħħar ta’ Ottubru mil-lista disponibbli mill-Kunsilli Lokali ta’ stabbilimenti rreġistrati għal din l-iskema.