Mil-lum bdew jitlaqqmu dawk fuq quddiem tal-ġlieda kontra l-imxija li ma jaħdmux fil-qasam tas-saħħa.
Fost dawn hemm is-suldati tal-Forzi Armati.
Is-suldati qed jitlaqqmu fil-binja tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Preżenti għall-ewwel tilqima kontra l-Covid-19 li ngħatat lill-membru tal-Forzi Armati ta’ Malta, kien hemm id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne flimkien mal-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.