Mil-lum jekk tinqabad f’post pubbliku mingħajr maskra tista’ tingħata multa ta’ €50 li tista’ titla’ sa massimu ta’ €100.
Filwaqt li l-ilbies tal-maskri f’postijiet pubbliċi ġewwa u ġo trasport pubbliku ilu mandatorju, minn tmiem il-ġimgħa li għadda, l-ilbies tal-maskri sar obbligatorju anke barra.
Filwaqt li ngħatat ġimgħa ta’ tranżizzjoni sakemm il-pubbliku jidra din il-miżura ġdida, mil-lum il-pulizija u uffiċjali tal-LESA u Transport Malta jistgħu jimmultaw lil kull min jinqabad barra bla maskra.