Mikhael Felice ta’ tmien snin jinsab fi triqtu lejn l-Ingilterra sabiex jagħmel operazzjoni li fiha se jitneħħielu tumur.
Mikhael kien ilu 9 xhur jingħata l-kura ġewwa Rainbow Ward fl-Isptar Mater Dei wara li żvillupalu tumur f’riġlejh.
Fuq Facebook, Puttinu Cares awguraw lit-tfajjel sabiex din l-operazzjoni tirnexxi, biex jerġa jiġi lura Malta fl-inqas żmien possibli.