Qed jiġi rraportat li mas-600,000 persuna ivvutaw fl-elezzjoni primarja li organizzat l-Oppożizzjoni f’Hong Kong matul it-tmiem il-ġimgħa li għadda.
In-nies ikkonkorrew minkejja s-sħana qawwija, in-numru ta’ infezzjonijiet ġodda ta’ COVID-19 u t-twissijiet mill-Gvern li l-elezzjoni qed issir kontra l-liġi.
Il-vot sar għaxart ijiem wara li ċ-Ċina imponiet liġi ta’ sigurtà ġdida fir-Reġjun ta’ Hong Kong, liema liġi qanqlet diversi protesti.
Din l-elezzjoni hija maħsuba sabiex tappunta numru ta’ kandidati favur id-demokrazija għall-elezzjoni li se ssir f’Settembru li ġej.
Il-Kamp tal-Oppożizzjoni qed jittama li jikteb l-istorja u jikseb il-maġġoranza fil-parlament.