Mijiet t’eluf ħarġu jipprotestaw fit-toroq tal-Korea t’Isfel għar-riżenja tal-President Park Geun-hye.
Dan fid-dawl li qed tkun akkużata li ħalliet lil ħabib tagħha jimmanipula l-poter minn wara l-kwinti.
Għal dan il-President talbet skuża darbtejn fuq l-istazzjon televiżiv nazzjonali, iżda ċaħdet kull talba għal riżenja.
F’Seoul biss inġabru mat-tmien mitt elf persuna, għalkemm huwa stmat li b’kollox se jkunu nġabru mal-miljun u nofs ruħ.
Numru li se jagħmel din l-akbar dimostrazzjoni minn meta bdew il-protesti ħames ġimgħat ilu.