B’għajta waħda ‘jgħajtu x-xjuħ u jgħajtu t-tfal’, is-Sibt kompla r-renju tal-bluha b’bosta tfal reħewlha lejn il-Belt Valletta mal-familji tagħhom sabiex igawdu l-karnival flimkien.
Dan propju fil-jum li l-Karnival kien iddedikat għat-tfal. Fil-fatt, fin-nofstanhar ta’ filgħodu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-karnival kienu kollha ddedikati għat-tfal fi pjazza San Ġorġ.
ONE NEWS tkellem ma’ bosta tfal li dehru kuntenti lebsin kostumi l-ġmiel tagħhom.
Bosta tfal spjegaw ukoll għaliex iħobbu il-karnival.
Diversi ommijiet tkellmu ma’ ONE News dwar kemm jinsaħbu ferħanin li fl-aħħar jistgħu jaraw it-tfal igawdu b’mod sħiħ il-karnival u qalu li issa qed iħarsu ’l quddiem għal Karnival ieħor bħal ta’ żmien qabel il-pandemija.