Mijiet ta’ pumpiera f’Kalifornja qed jissieltu mal-ikbar nirien li tkebbsu sa issa din is-sena f’dan l-istat Amerikan.
Dak li qed jissejjaħ bħala l-McKinney Fire, beda erbat ijiem ilu u diġà ħaraq xejn inqas minn tnejn u ħamsin elf tomna ta’ art.
Minn tal-inqas elfejn persuna kellhom iħallu djarhom u numru ta’ djar inqerdu għal kollox.
Bħalissa hemm twissija tal-ogħla livell fis-seħħ, li twissi dwar il-kundizzjonijiet perikolużi mmens tan-nirien, speċjalment minħabba l-kundizzjonijiet tan-nixfa persistenti li hemm f’Kalifornja.
In-nirien intensifikaw bil-fjuwils, in-nixfa, it-temperaturi għoljin, riħ qawwi u maltempati bis-sajjetti.