Fil-Greċja, mijiet ta’ pumpiera qegħdin jissieltu kontra n-nirien qawwija li hemm.
L-aktar nirien qawwija jinsabu fil-gżira ta’ Evia, fil-Grigal tal-kapitali Ateni.
Dawn in-nirien ħallew eluf ta’ familji mingħajr saqaf fuq rashom, hekk kif kellhom jevakwaw djarhom.
F’messaġġ li għamel fuq it-televiżjoni, il-Prim Ministru Grieg għamel apoloġija.
Fil-Greċja hemm aktar minn elf pumpier minn pajjiżi Ewropej, ir-Russja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.