Fl-Etjopja mijiet ta’ nies qed jaħarbu mir-reġjun tat-Tramuntana minħabba l-gwerra u qed jimxu u saħansitra jgħumu għas-Sudan.
Bosta refuġjati tennew li spiċċaw b’ta fuqhom senduqhom f’nofs tiri sparati bl-addoċċ fit-toroq tal-lokal.
Dan wara li fl-istat ta’ Tigray għaddej ġlied kbir bejn il-ġellieda tal-Gvern u ġellieda li huma leali lejn il-mexxejja ribelli fejn it-tensjoni eskalat matul dan l-aħħar xahar.
Il-ġimgħa li għaddiet mijiet ta’ Etjopjani saħansitra intortament spiċċaw vittmi kawża ta’ dan il-ġlied.