Illejla ġewwa l-Isla, wara nuqqas ta’ tliet snin, ħarġet l-istatwa bix-xbieha ta’ Ġesu’ Redentur.
L-istatwa tar-Redentur toħroġ tliet darbiet fis-sena, fosthom f’Ġunju f’jum il-festa li tfakkar ir-Redentur.
Apparti f’Ġunju, l-istatwa tar-Redentur toħroġ ukoll matul ir-Randan u f’jum il-Ġimgħa l-Kbira. Iżda din is-sena ma ħariġtx, minħabba li fir-Randan kien għad hemm ir-restrizzjonijiet tal-pandemija u fil-Ġimgħa l-Kbira, it-temp ma ppermettiex.
Il-purċissjoni tal-lum qed titmexxa mill-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles Scicluna, fejn għaddej talb għal paċi fid-dinja.